Elezzjoni Kap PN: Stmat Li Vvotaw ‘Il Fuq Minn 18,000 Tessarat

 Elezzjoni Kap PN: Stmat Li Vvotaw ‘Il Fuq Minn 18,000 Tessarat

Proprju fl-16:00 għalqet il-votazzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonalista hekk kif l-aħħar ftit tesserati xeħtu l-vot tagħhom għal min jaħsbu li għandu jkun il-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Il-President tal-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista, Peter Fenech, qal kif ċifri mhux uffiċjali juru li vvutaw 85% tat-tesserati, aktar minn 18,000 tesserat.

Filfatt skond il-Kummissjoni Elettorali tal-partit, sal-bieraħ kienu vvutaw iżjed minn tliet kwarti tal-21,499 tesserati eliġibbli għal din l-elezzjoni li qed tiġi kkontestata mill-Kap Adrian Delia u Bernard Grech, bil-votazzjoni ilha għaddejja ħamest ijiem.

Sal-bieraħ l-akbar Turnout kienet fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta, biż-żoni possibilment jistgħu jkunu aktar inklinati lejn Grech.

B’kollox kien hemm tmintax-il post tal-votazzjoni, b’Delia mar jitfa’ l-vot tiegħu s-Siġġiewi filwaqt li Grech tefa’ l-vot tiegħu fil-post tal-votazzjoni tan-Naxxar.

Fis-sala prinċipali tad-Dar Ċentrali ser ikun hemm tmien imwejjed fejn fuqhom ser issir l-għadd ta’ 18-il kaxxa differenti.

Jekk kollox jimxi kif sippost, għall-ħabta tad-21:30pm u l-23:00pm joħroġ ir-riżultat uffiċjali.

Turnout uffiċjali sas-14:00

Azad – 80.83%
Dar Centrali – 82.66%
Isla – 84.28%
Zejtun – 82.12%
Tarxien – 83.21%
Zurrieq – 80.43%
Siggiewi – 82.93%
Luqa – 80.95%
Rabat – 81.78%
Balzan – 87.08%
Birkirkara – 82.76%
Msida – 82.60%
Swieqi – 87.84%
Ta’ Xbiex – 87.26%
Is-Sliema – 83.54%
Naxxar – 82.67%
Mellieħa – 82.48%
Għawdex – 86.79%

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com