Erba’ Snin Ħabs Wara li Attakka Mara Fuq Tal-Linja

 Erba’ Snin Ħabs Wara li Attakka Mara Fuq Tal-Linja

Adam Saleh, Sudaniż ta’ 22 sena ġie kkundannat erba’ snin ħabs wara li ammetta li attakka sesswalment mara fuq karozza tal-linja.

Quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima, Saleh wieġeb ħati li ħataf il mara fuq karozza tal-linja qrib Ħal Luqa.

Il-każ seħħ wara li Saleh beda jsegwi lil mara u kompla jsus warajha qrib l-istabbiliment Sky Parks ħdejn l-ajruport. Kien hawn li l-mara bdiet tgħajjat għall-ajjut b’raġel fit-triq intervjena biex jipproteġiha.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Joseph Busuttil u Rodrick Attard ikkonfermaw fil-qorti li l-akkużat ħarab minn fuq il-post iżda aktar tard instab mill-pulizija akkumpanjat mill-vittma.

Huwa tressaq il-qorti f’Ġunju li għadda u wieġeb mhux ħati. Iżda huwa biddel il-verżjoni tiegħu u ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.

Il-qorti ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni ta’ ħames snin favur il-vittma u imponiet garanzija bankarja ta’ €2,000.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com