Fil-Jiem Li Ġejjin Jinfetħu l-Mini ta’ Santa Luċija
Għaddej ġmielu x-xogħol biex fil-jiem li ġejjin jiftħu il-mini ta’ Santa Luċija.
Il-mini taħt ir-roundabout ta’ Santa Luċija se jgħaqqdu fi triq waħda t-Telgħa tal-Addolorata u Triq tal-Barrani, fir-rotta ewlenija għan-Nofsinhar ta’ Malta.
Il-proġett ta’ żewġ mini ġodda taħt ir-roundabout ta’ Santa Luċija jorbot mal-bini mill-ġdid tal-junction tal-Marsa u għandu l-għan li jżid l-effiċjenza u s-sigurtà fl-ivvjaġġar minn u lejn in-naħa t’isfel ta’ Malta.
Il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg qal li l-gvern jinsab impenjat li jiftaħ dawn il-mini fil-jiem li ġejjin, bil-għan li jkompli jindirizza l-problema tat-traffiku f’din iż-żona tal-pajjiż.