Fil-Periklu Tal-Mewt Wara Li Waqgħet Tliet Sulari Minn Gallarija Fil-Munxar

 Fil-Periklu Tal-Mewt Wara Li Waqgħet Tliet Sulari Minn Gallarija Fil-Munxar

Mara ta’ 53 sena tinsab fil-periklu li titlef ħajjitha wara kmieni dalgħodu waqt minn gallarija li tinsab fit-tielet sular ta’ blokka ta’ appartamenti fil-Munxar, Għawdex.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1.00 a.m. meta l-Pulizija ġew infurmati mill-Awtoritajiet tas-Saħħa li kienet għadha kemm weġġgħet persuna wara waqgħa minn gallarija.

Il-Pulizija marret fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta, li kienet waqgħet Germaniża ta’ 53 sena minn ġo gallarija li tinsab fit-tielet sular.

Fuq il-post issejħet ambulanza, li ħadet lill-vittma l-Isptar Ġenerali t’Għawdex u ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Brigitte Sultana ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com