Filmat Esklussiv: Jissaraw Sakemm Serqu L-Kaxxa B’Kollox

 Filmat Esklussiv: Jissaraw Sakemm Serqu L-Kaxxa B’Kollox

Fis-2:30am ta’ bejn l-Erbgħa u l-Ħamis li għadda, kif jindikaw il-kameras tas-sigurta, żewgt irġiel jidhru jaslu fuq il-post b’vettura li pparkjaw ftit metri ‘l bogħod.

B’kalma liema bħalha, imxew lejn kiosk, viċin l-isptar Mater Dei bil-għan li jisirqu. Dan il-kiosk jinsab fi triq prinċipali u minnha jgħaddu numru ta’ vetturi anke matul il-lejl.
Kif juri ‘l filmat, dawn iż-żewġt irġiel jidhru jissaraw sabiex jiftħu kaxxa tal-ħadid li fiha kien hemm magna tas-sigaretti.
F’dan il-filmat esklussiv li kiseb is-sit http://Stradarjali.com juri li l-irġeil bdew isibu diffikultà sabiex jiftħu l-magna u saħansitra marru lura lejn il-vettura tagħhom biex iġibu aktar għodda.
Finalment dawn il-persuni irnexxielhom jaqtgħu l-main tad-dawl minħabba li l-magna kienet għadha imwaħħla mad-dawl u jisirqu l-magna b’kollox.
Sorsi li tkellmu magħna qalulna li qed tinġabar aktar evidenza permezz ta’ kameras tas-sigurtà sabiex kemm il-vettura u anke l-persuni jiġu identifikati.
Kif jidher fil-filmat, huwa evidenti wiċċ persuna minnhom u għaldaqstant, min jidentifika lil dawn il-persuni, huwa mitlub li jaghmel kuntatt mal-Pulizija b’mod anonimu billi jċempel fuq in-numri 112 jew 2122 4001.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com