For.U.M.: Baġit Li Jagħraf Id-Diffikultajiet Tal-Pandemija U Ma Jitfax Piżijiet Ġodda Fuq Il-Ħaddiema

 For.U.M.: Baġit Li Jagħraf Id-Diffikultajiet Tal-Pandemija U Ma Jitfax Piżijiet Ġodda Fuq Il-Ħaddiema

“Il-baġit li ġie ppreżentat illum jitkellem dwar iI-kuntest tal-pandemija u dwar kif pajjiżna ser jgħin lill-ħaddiema, lin-negozji u lill-familji fiċ-ċirkustanzi straordinarji li ninsabu fihom.”

Hekk sostna l-Forum Unions Malta, fl-ewwel reazzjoni tiegħu għall-Budget 2021.

Fi stqarrija żied jingħad li dan qed isir, fost l-oħrajn, billi jitwal il-perjodu tal-wage supplement u billi tinħareġ skema oħra ta’ vawċers. Filwaqt li l-pandemija tassorbi ħafna mill-isforzi li qed isiru, huwa tajjeb li l-gvern ikompli jibni fuq inizjattivi mnedija minn din l-amministrazzjoni.

Fosthom hemm li jagħti ġurnata oħra ta’ btala għall-festi li jaħbtu fil-weekend (li kienet oriġinarjament proposta tal-For.U.M.), għajnuna lill-penzjonanti, persuni b’diżabiltà, persuni li jieħdu ħsieb qraba u aktar skemi bħala parti mill-istrateġija tal-green economy. Dan filwaqt li l-gvern qiegħed iħares lejn prinċipji aħjar ta’ governanza fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet tar-rapporti li għandu.

Madanakollu l-For.U.M. huwa diżappuntat li l-wegħda elettorali, li tinsab fil-programm tal-ħidma tal-gvern li biha l-ġenituri jistgħu jużaw parti mis-sick leave meta wliedhom ikunu ma jifilħux, reġgħet ma ssemmietx.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com