Frank Portelli Jwissi Li Sa Dalgħodu Diġá Hemm Kważi 150 Każ Pożittiv Għall-Covid-19

Bħal kif jagħmel ta’ kull jum, Dr. Frank Portelli, kmieni dalgħodu beda jwissi kif sat-8:00 ta’ filgħodu n-numru ta’ każijiet pożittivi għall-Covid-19 diġá kważi laħaq il-150 każ.
Dan ifisser, li jekk vera, iċ-ċifra tista’ titqies bħala waħda rekord oħra ta’ ammont ta’ infezzjonijiet li nstabu f’24 siegħa.
Iċ-ċifra ta’ kważi 150 każ ġdid, ifisser li din kienet ċifra li kienet sa dalgħodu fejn normalment issir round oħra ta’ testijiet biex b’hekk mbagħad toħroġ iċ-ċifra uffiċjali ta’ 24 siegħa.
Kienu bosta li kkummentaw kif dan il-virus qed jinfirex wisq u żżejjed, u kif din l-aħbar tinkwetahom xi ftit mhux ħażin.