Ġej Żmien Il-Festi… Il-Halloween Qed Jinħass Li Se Jkun L-Ewwel Li Jħoss Id-Daqqa Tal-Pandemija?
Il-pandemija qed tħalli bosta effetti; hemm minnhom fid-deher u effetti oħrajn li forsi jinħassu mentalment u fil-ħsieb. Diġà għandna 7 mix-xahar t’Ottubru u bil-mod il-mod, il-ħwienet diġà jibdew jintramaw bl-ilwien sbieħ tal-Milied. Forsi din is-sena, l-entużjażmu mhux daqstant qawwi bħas-soltu imma kif jgħid il-Malti; Mill-mitluf tieħu li tista’.
L-isforzi jsiru anke biex finanzjarjament is-sidien tal-ħwienet li wkoll għandhom il-familji, jippruvaw jqajmu ftit l-interess. U għaliex le? Ma tistax toqtol lilek innifsek qabel il-mewt toqtlok hi.
Irridu nagħmlu kuraġġ. Nibqgħu attenti u nieħdu ħsieb xulxin u saħħitna imma ma jfissirx li ningħalqu fina nfusna u bħal donnu nibku xortina. Hija sikkina taqta’ miż-żewġ naħat verament, għaliex mhux se tgħid hekk lil dawk li tilfu xi qarib jew qariba tagħhom… Imma rridu ngħinu ruħna u lil xulxin.
F’dawn l-aħħar snin, daħlet sew id-drawwa li tkun iċċelebrata l-festa tal-halloween li ġġib ukoll kontroversji magħha, għalkemm ġenwinament nemmnu li f’Malta l-iskol huwa ta’ ċelebrazzjoni u mhux ta’ konnessjonijiet oħra kif ġieli kienet ikkritikata.
Imma din is-sena, se jkun hawn l-ispirtu tas-soltu fil-festi? X’taħsbu intom?
Ritratt: https://www.ef.com/wwen/blog/language