Għada L-‘Freeport’ Ser Ikun Magħluq Temporanjament B’Rispett Lejn Christ Zahra

 Għada L-‘Freeport’ Ser Ikun Magħluq Temporanjament B’Rispett Lejn Christ Zahra

Għada 6 t’Ottubru 2020, il-Malta Freeport Terminal ser ikun magħluq temporanjament b’turija ta’ rispett lejn Christ Zahra ta’ 36 sena li kien jaħdem fil-post u nqatel waqt li kien qed iwettaq xogħlu.

Dan ġara wara li kontejner waqa’ fuqu waqt li kien qed iħaddem forklift. Il-każ ġara t-Tlieta 29 ta’ Settembru li għadda.

Għalhekk, bejn nofsinhar u l-erbgħa ta’ wara nofsinhar, it-terminal ser ikun magħluq waqt li tkun qed tingħata l-aħħar tislima lil Christ Zahra.

Inwasslu l-kondoljanzi lill-familjari kollha.

Ritratt: One.com.mt

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com