Għada Possibbilment Ser Ikollna Xita Bir-Ragħad…

 Għada Possibbilment Ser Ikollna Xita Bir-Ragħad…
It-temp għal din il-ġimgħa  mistenni li jkun ġeneralment bnazzi fil-jiem kollha għajr nhar it-Tlieta 27/10, mal-passaġġ ta’ front t’arja kiesħa mill-Punent tal-inħawi.
Ser ikollna ftit xita (possibilment bir-ragħad), iżda t-temp jerġa’ jibda jibnazza mill-Erbgħa 28/10 għalkemm dakinhar ir-riħ ikun qawwi. Ftit (jew wisq) imsaħħab għall-kumplament tal-ġimgħa b’xi ħalba xita possibbli lejn l-aħħar.
Ir-riħ se jsir mil-Lbiċ illum, iżda jdur Majjistral (NW) u jitqawwa mit-Tlieta 27/10 u speċjalment l-Erbgħa 28/10 (sa Forza 6-7).
It-temperatura massima se titbaxxa mit-Tlieta 27/10 għal medja ta’ 20°-21°C, filwaqt li dik minima wkoll se tonqos minn medja ta’ 17°C għal madwar 15°C.
It-temperatura tal-baħar titbaxxa ftit ieħor u issa tinsab f’medja ta’ 24°C, li hi xorta madwar 2°C ogħla mill-medja tal-aħħar t’Ottubru.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com