“Għamilt Is-Sanitizer, Qabbadt Sigarett U Jdejja Spiċċat Fjamma Nar…” – Dylan Pullicino

 “Għamilt Is-Sanitizer, Qabbadt Sigarett U Jdejja Spiċċat Fjamma Nar…” – Dylan Pullicino

Dylan Pullicino qasam esperjenza xejn sabiħa fuq facebook li fiha tagħlima wkoll. Tenna li spiss jisterelizza jdejh bis-sanitizer f’ kull mument tal-ġurnata.

“Kif lestejt mix-xogħol dħalt fil-karozza u bħal dejjem għamilt s-sanitizer, wara ftit qabbadt sigarett u f’radda ta’ salib idi t-tnejn spiċċaw bi fjamma nar kif jidhru f’dar-ritratt. Bdejt ixejjer idi u l-fjamma kompliet tikber sakemm sabbat idi mal-jeans b’kemm kelli saħħa u b’xorti tajba l-fjamma ntfiet!”, qal Dylan.

Spjega li forsi ħafna jgħidu li ovvja se jiġri hekk imma esprima wkoll il-fatt li kważi qas temmen li se tiġri lilek. Dylan qal li tella’ dan il-post fuq facebook biex jiġbed l-attenzjoni ħalli ħadd ma jgħaddi minn din l-esperjenza kerha u perikoluża ħafna.

Ritratt: Dylan Pullicino

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com