Għandek Ħjiel Fejn Hu Dan Il-Post?
Min iqatta’ xi ħin jitkellem ma’ xi anzjan jew anzjana dwar Malta tal-imgħoddi, żgur mhux forsi jitgħallem xi erba’ stejjer ħelwin dwar kif kienet Malta qabel.
Minn stejjer dwar kif kienu t-toroq ta’ dak iż-żmien, it-traffiku li ma kienx jeżisti, u forsi xi binja li lanqas f’mitt sena ma kienu jimmaġinaw li se tkun qed tinbena fis-snin ta’ wara.
Iżda anke ż-żgħażagħ tal-lum jafu jagħrfu din il-bidla, kemm fid-dehra ta’ bosta lokalitajiet imma anke forsi f’xi postijiet magħrufin sew ma’ kulħadd, fosthom Bieb il-Belt fost oħrajn.
Ritratt li wasal għand StradjaRjali juri sptar partikolari f’Malta li sal-lum il-ġurnata għadu jintuża iżda forsi d-dehra tiegħu hi tikka differenti u forsi mal-ewwel daqqa’ t’għajn jaf wieħed isibha diffiċli biex jinduna fejn hu.
Qed nitkellmu dwar l-isptar Monte Carmeli li jinsab f’Ħ’Attard u li ilu jintuża għal bosta snin u li forsi maż-żminijiet, kemm l-istil tat-triq u forsi xi arranġamenti hekk kif għaddha ż-żmien jafu bidlu dak li darba missirijietna kienu jafu.
Għaraftu int?