Għandek Moral Baxx? Ara X’Għandek Tagħmel Nħar Il-Ħadd Li Ġej

 Għandek Moral Baxx? Ara X’Għandek Tagħmel Nħar Il-Ħadd Li Ġej
Wara s-suċċess ta’ Park’Njoy, l-avveniment organizzat minn Festivals Malta u kkreat minn Antoine Farrugia, se nerġgħu ngawdu 2 spettakkli fantastiċi maħsuba sabiex joffru divertiment kemm għat-tfal kif ukoll għal dawk li jitpaxxew bil-kanzunetti Maltin nhar il-Ħadd l-1 ta’ Novembru fl-MFCC f’Ta’ Qali.
Park’Njoy Kids’ Special Edition se joffri esperjenza unika għat-tfal li se jkunu jistgħu jgawduh mill-karozza f’ambjent san. Stennew minn kollox waqt li s-saħħara tidħol bil-karozza stamba tagħha mżejna għall-okkażjoni!
Park’Njoy ‘il-Maltin’ featuring Spiteri Lucas Band se jkun spettaklu uniku f’dan iż-żmien diffiċli.
Ġibu magħkom il-bnadar ta’ Malta, tal-festa, tal-football…insomma ejjew ħa tiddevertu. Avveniment opportun sabiex niddevertu flimkien u nkantaw għall-kanzunetti Maltin favoriti ma’ kulħadd. Jekk kellek ġimgħa iebsa jew b’moral baxx, aħsiblu sabiex tirriserva l-post tiegħek billi tidħol fis-sit festivals.mt għaliex żgur ma jiddispjaċikx!
(Artiklu b’kollaborazzjoni ma’ festivals Malta)
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com