Għawdex Ikklassifikat Mal-aqwa 100 Destinazzjoni Sostenibbli Turistika Fid-Dinja

Il-gżira Għawdxija għal darb’oħra ġiet ikklassifikata bħala waħda mill-aqwa 100 destinazzjoni sostenibbli turistika fid-dinja mill-Green Destinations Certification Programme għas-sena 2020.
Kien id-Direttorat tat-Turiżmu u l-Iżvilupp Ekonomiku fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex li nnomina lil Għawdex, u wara eżerċizzju ta’ skrutinju li jiddetermina l-kwalitajiet tad-destinazzjoni, flimkien ma’ prattiċi effettivi fejn jidħol turiżmu sostenibbli, it-Top 100 Global Sustainable Destination daħħlet ukoll lil Għawdex fil-Good Travel Guide.
Ritratt: City Sightseeing