Għawdxi Jindarab Gravi F’Inċident Fix-Xewkija

 Għawdxi Jindarab Gravi F’Inċident Fix-Xewkija

Raġel ta’ 44 sena li joqgħod ix-Xewkija weġġa’ gravi wara li kien involut f’ħabta li seħħet fix-Xewkija.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.00 a.m. fi Triq l-Imġarr meta l-vittma li kien qed isuq vettura tal-għamla Isuzu KB kien involut f’inċident ma’ Ford Transit misjuq minn raġel ta’ 31 sena.

Hu ttieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com