Ġie Kkonfermat Pożittiv Għall-Covid-19 Fil-11 T’Ottubru… Tmut Persuna Oħra…
Il-Ministeru għas-Saħħa jinsab infurmat li anzjan ta’ 67 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.
L-anzjan iddaħħal l-Isptar Mater Dei fit-2 ta’ Ottubru, u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-11 ta’ Ottubru. Huwa miet l-Isptar Mater Dei.
L-anzjan kellu kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, jappella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.