Ħaddiem Ta’ 68 Sena Jitlef Ħajtu F’Birżebbuġa
Taljan ta’ 68 sena tilef ħajtu traġikament wara li nqaleb b’forklifter f’Birżebbuġa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-tmienja u kwart ta’ meta l-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza tagħha f’impjant li jinsab fiż-Żona Industrijali ta’ Birżebbuġa.
Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminary li saru rriżulta li għal xi raġuni, il-vittma nqaleb bil-forklifter u ġie fuqu.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna iżda sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Marseann Farrugia li ħatret Inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.