“Ħadt L-Aħħar Nifsijiet F’Idejn Ommi… Int L-Eroj Tiegħi” – Bint Charles Caruana Carabez
“Ninsab mingħajr kliem. Missieri ħalliena l-lejl li għadda.”
Hekk kitbet bint Charles Caruana Carabez, magħruf sew ma’ mijiet ta’ studenti li għen bħala gwida fil-qasam edukattiv.
Hi kitbet kif hu miet f’idejn ommha u kif il-vojt tiegħu qatt ma jista’ jieħdu ħadd.
Temmet billi kitbet kif kien l-eroj tagħha u kif dejjem f’għajnejha hi kienet tarah l-aqwa missier.
Intant f’kummenti taħt, Vanni Pulé kkummenta kif hu kien jaf lil missiera minn żmien l-Universitá u kif dejjem sabu hemm meta kellu bżonn biex jinkoraġġieh fl-istudji tiegħu.
Colin Fitz ukoll kkummenta fejn kiteb kif kien raġel brillanti u li ħalla marka fil-ħajja ta’ bosta persuni.