Hayley Buġeja Terġa’ Tiskorja

 Hayley Buġeja Terġa’ Tiskorja

L-attakkanta Maltija Hayley Buġeja, li qed tilgħab fil-Kampjonat Seria A fl-Italja ma’ US Sassuolo, reġgħet niżlet isimha fil-lista tal-iskorers hekk kif illum wara nofsinhar Sassuolo lagħbu f’darhom kontra Florentia.

Buġeja skurjat it-tielet gowl tal-partita preċiżament fis-57 minuta.  L-ewwel żewġ goals ġew skurjati minn Dubcova minn penalty u Mihashi fil-13 u fil-32 minuta rispettivament.

L-iskor finali huwa dak ta’ 3 – 0 bit-tim ta’ US Sassuolo jaqbeż fl-ewwel post tal-klassifika, b’punt fuq Juventus li għandhom partita inqas.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com