“Hemm Bżonn Li Embrijuni Li Ma Jkunux Vijabbli Jiġu Studjati” – Ramona Attard
“F’sitwazzjoni ta’ IVF, hemm bżonn li jsir pre-genetic diagnosis testing.”
Qalet dan il-President tal-Partit Laburista, Ramona Attard, fejn spjegat li dan ifisser kif embrijuni li ma jkunux vijabbli, jiġifieri, li qatt m’hu se jwasslu għal tqala – dawn jiġu studjati biex b’gekk jiġu evitati miscarriages.
Hi spjegat ukoll kif anke f’sitwazzjoni bħal Edward’s Syndrome, kundizzjoni fejn mara twassal sal-aħħar tat-tqala, twelled u t-tarbija tispiċċa tgħix biss sa’ mhux aktar minn tmint ijiem, hemm bżonn li jsir studju fuq dawn l-embrijuni biex b’hekk ikun hawn aktar għarfien u għajnuna għal dik il-koppja li tkun ilha għaddejja minn taqtigħ il-qalb biex isiru ġenituri.
Attard iddiskutiet dan kmieni dalgħodu f’Ħal Balzan waqt l-attivitá tal-Prim Ministru Robert Abela.
Hi ddiskutiet ukoll kif bħala ġenitur, hi ddeċidiet li tibgħat lit-tfal kemm iċ-childcare kif ukoll l-iskola, fejn rat li l-prekwazzjonijiet kollha qed jittieħdu u li dawn qed jimxu id f’id mal-parir tal-awtoritajiet tas-saħħa.
Spjegat kif għall-benesseri tat-tifla tagħha, li tmur l-iskola kienet importanti biex terġa’ tibda titgħallem u kif ukoll tintegra. Tenniet kif tinkwieta meta tara numru ta’ ommijiet li għal darb’oħra jerġgħu jpoġġu l-karriera tagħhom fuq l-ixkaffa biex iżommu lit-tfal id-dar u kif din tkun dejjem deċiżjoni li taqa’ fuq l-omm u mhux fuq il-missier. Dan kawża tal-mentalitá Maltija li kbirna u trabbejna biha.
Sostniet ukoll kif hemm bżonn ukoll li jsir studju fuq is-surrogacy, fejn mara ma tkunx tista’ ġġorr it-tqala u għalekk issib persuna li tkun lesta ġġorrilha t-tqala. Hemm irrakkontat storja ta’ persuna li taf li għandha qalba maqsuma għax ma tistax iġġorr it-tqala mingħajr kumplikazzjonijiet, u li ma tistax tagħżel li tħalli lil oħtha, li lesta tkun surrogate, biex iġġorrilha t-tarbija minflok.