Huwa Llegali Li Tneħħi Kompletament Id-Dwiefer Tal-Qtates

 Huwa Llegali Li Tneħħi Kompletament Id-Dwiefer Tal-Qtates

Mhux l-ewwel darba li xi ħadd li għand qattus bħala pet, jintlemaħ jikteb fuq Facebook dwar kif il-qattus qeridlu s-sufan u kull ħaġa li seta’ jigref.

B’uħud jistaqsu x’jistgħu jagħmlu u ftit anke jsaqsu fejn jistgħu jneħħu d-dwiefer għal kollox.

Iżda li tneħħi d-dwiefer tal-qtates għal kollox, fil-gżejjer Maltin, hu meqjus bħala att illegali. Dan hekk kif dan l-att jista’ jitqies bħala moħqrija fuq l-annimali hekk kif meta wieħed ineħħi għal kollox id-difer ta’ qattus ikun qishu qed jaqta’ parti mis-suba’ tal-istess annimal.

Iżda minkejja li dan l-att huwa llegali, sfortunatament għad hawn veterinarji li bil-moħbi jew minn taħt għadhom ineħħu d-dwiefer tal-qtates hekk kif mhux l-ewwel darba li jinstab xi qattus abbandunat mingħajr id-dwiefer.

Apaprti li titiqies bħala moħqirja, jekk il-qattus jiġi abbandunat jew jispiċċa jaħrab, ma jkunx jista’ jiddefendi lilu nnifsu bl-ebda mod fejn jispiċċa ma jkunx kapaċi jgħix waħdu u sfortument imut.

Jekk qatt tinzerta veterinarju li jwettaq din l-operazzjoni, wieħed huwa mħeġġeġ biex jirrapporta mal-assoċjazzjoni tal-veterinarji sabiex jiġi pprevenut milli jitwetqu aktar operazzjonijiet ta’ dan it-tip.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com