“Id-Dibattiti Bejnietna Ħa Jonqsu Imma Xtaqt Nawguralha…” – Kemm Hu Sabiħ Meta Fil-Politika Jkun Hemm Maturità

 “Id-Dibattiti Bejnietna Ħa Jonqsu Imma Xtaqt Nawguralha…” – Kemm Hu Sabiħ Meta Fil-Politika Jkun Hemm Maturità
Wara li llum ġie kkonfermat li Miriam Dalli ser tkun qed issir Membru Parlamentari fil-parlament Malti, bosta kienu dawk li awgurawlha kif għamlu wkoll lil Clyde Caruana.
Fost il-ħafna kummenti li għaddejjin bħalissa fuq facebook anke b’relazzjoni mal-Covid-19, ħsibna li dan huwa punt poħittiv immens fejn Roberta Metsola awgurat lil Miriam Dalli. Huwa minnu li l-partit u l-persuni fi ħdanu jibbattibekjaw, imma għandna nemmnu li dan jagħmluh fl-aqwa interess ta’ Malta u l-Maltin.
“Għal numru ta’ snin, jien u Miriam Dalli konna fuq in-naħat opposti ta’ numru ta’ dibattiti – uħud minnhom fundamentali għal pajjiżna. Però bħala nisa fil-politika, affaċjajna sfidi simili. Bħala ġenituri rajna uliedna jikbru taħt il-lenti politika. Bħala Maltin, it-tnejn li aħna fehmna l-importanza li nestendu xogħolna fl-istituzzjonijiet Ewropej.
Id-dibattiti bejnietna ħa jonqsu iżda xtaqt nawguralha hekk kif titlaq mill-Parlament Ewropew u tkompli fi triq ohra fil-politika”, tenniet Roberta.
J’Alla dawn l-eżempji jkunu segwiti minn oħrajn u fil-politika naraw is-sabiħ ukoll. Huwa fatt li kultant nesprimu kemm iddejjaqna nisimgħu fuq il-politika imma rridu nifhmu wkoll, li poplu jimxi ‘l quddiem grazzi għall-politika. L-istorja tad-dinja hija politika.
Dak li ngħixu aħna u l-kwalità ta’ ħajja li ngawdu, hija parti minn politika msawwra minn ideat mkebbsa mill-partit politiċi.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com