Iħallu L-Latrina Pubblika Fi Stat Moqżież

 Iħallu L-Latrina Pubblika Fi Stat Moqżież

Jidher li xi ħadd mhux magħruf, għamel straġi mil-latrina pubblika li tinsab fiż-Żonqor ħdejn il-pixxina ta’ Marsaskala.

Matthew Mallia tella’ dawn ir-ritratti fejn ikkumenta li wara l-isforzi kollha li jsiru mill-kunsill, issib min jagħmel dawn l-azzjonijiet.

“Wara l-isforzi ġenwini min-naħa tal-kunsill (Gvern Lokali) sabiex tinżamm din il-latrina pubblika nadifa, issib maħmuġ u pastaż imweħħel fl-era tal-kavernikoli jħalli din il-porkerija kollha”, kiteb Mallia.

Imma kif jiġru dawn l-affarijiet?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com