Il-kanċer Tas-Sider Jaffettwa Wkoll Lill-Irġiel…
Il-kanċer tas-sider huwa pjuttost komuni, u jista’ tafettwa kemm lin-nisa, u anke lill-irgiel. Għaldaqstant wieħed għandu jkun infurmat dwaru, speċjalment issa li beda Ottubru, ix-xahar li fih jitqajjem iktar tagħrif dwar din il-kundizzjoni li taħkem liċ-ċelloli tas-sider.
Huwa magħruf li n-nisa huma iktar f’riskju li jaqbadhom il-kanċer tas-sider, speċjalment jekk qatt ma welldu tfal, jekk ħiehom iċ-ċiklu tal-menstruwazzjoni qabel l-età ta’ 12 il-sena jew il-menopawza tard. Riskji oħrajn għal din il-kundizzjoni jinkludu l-età, l-obeżita, t-tipjip u l-konsum tal-alkoħol eċċessiv, espożizzjoni għar-raġġi u kif ukoll, diversi fatturi ġenetiċi.
Is-sintomi relatati mal-kanċer tas-sider jinkludu l-preżenza ta’ boċċi f’diversi partijiet fis-sider li jistgħu wkoll jinħassu iktar iebsin, u tibdil fil-kulur, fil-forma jew fil-kompożizzjoni tal-ġilda ta’ madwar is-sider. Wieħed jista’ wkoll jinnota’ xi likwidu ħiereġ mis-sider, telf ta’ piż jew għejja. Huwa importanti li wiehed jiċċekkja sidru regolarment u jkellem lit-tabib tiegħu jekk jinnota’ xi tibdiliet, ħalli jsiru iktar testijiet; bħall-mammografija jew ultrasound.
Ikun għaqli ferm li wieħed jaċċetta l-invitazzjoni sabiex jagħmel l-iscreening tas-sider kull tant żmien. L-għan ta’ dan huwa li jinqabdu ċerti kundizzjonijiet fis-sider fi stat bikri, u għaldaqstant wieħed jaf itejjeb wkoll il-prognożi.
Wieħed għandu jfittex wkoll li jgħix stil ta’ ħajja sana billi jiekol ikel nutrittiv, jżid l-eżerċizzju fiżiku, jitlef il-piż żejjed, ma jpejjipx u jnaqqas l-konsum ta’ l-alkoħol.
Żur il-paġna www.facebook.com/be.heart.healthy għal aktar tagħtif mit-tabiba Georgiana Farrugia Bonnici li minn żmien għall-ieħor qed ittina artikli ferm interessanti għalikom il-qarrejja tagħna.
Ritratt: Elite readers