Il-Midja Amerikana Terġa’ Tfakkar Meta Trump Iżżufjetta B’Ġurnalist Diżabbli

Hekk kif tibda tintensifika iżjed l-atmosfera tal-elezzjoni presidenzjali fl-Amerka bejn il-kandidati prinċipali Donald Trump għar-Repubblikani u Joe Biden għad-Demokratiċi, il-midja qed terġa’ toħroġ lil Trump stejjer mill-passat u anke mill-aħħar kampanja fejn spiss kien jgħaddi ż-żmien b’nies minn kull sfera saħansitra anke dawk b’diżabbilità.
Jibqa’ magħruf għal dak li bost sejħulha nuqqas ta’ etika li wassluh biex jaqa’ daqstant fil-baxx li ġurnalisti tennew li anqas hu denju li jkun imsejjaħ President tal-Amerka.
Intant, atteġġjamenti bħal dawn kważi anqas nimmaġinaw li narawhom fl-areni politiċi fl-Ewropa u wisq iżjed f’pajjiżna.
Madanakollu, xorta jibqa’ l-fatt li Trump kellu għad għandu sapport qawwi minn fost il-poplu Amerikan. Nistennew u naraw x’se jiġri fl-ewwel rawnd li se jisr nhar it-3 ta’ Novembru.