Il-Mosta Tibki T-Telfa Ta’ Wieħed Minn Uliedha… Lorry s-‘City’ Tal-Presepji

 Il-Mosta Tibki T-Telfa Ta’ Wieħed Minn Uliedha… Lorry s-‘City’ Tal-Presepji

Fuq il-midja soċjali qed tiġri l-aħbar li Laurie Gatt jew aħjar Lorry s-City kif kien aktar magħruf, ħalliena. Lorry kien sinonimu mal-attività kulturali u soċjali fil-Mosta speċjalment fil-Milied. 

Fil-fatt, Lorry kien presepist mill-aqwa, mhux biss magħruf fil-Mosta iżda f’pajjiżna wkoll. Inkiteb li lill- “Mosta żejjintha bi presepji mill-isbaħ!”

Intant bosta bdew jiktbu eloġji lejn dan il-bniedem maħbub fosthom anke l-Onorevoli Membru Parlamentari Anthony Agius Decelis fejn qallu: “issa mhux sejjer tarah iktar tat-tafal lill-Bambin, kif kont tħobb tagħmlu…. imma ta’ vera…”
Sellimlu wkoll il-Kunsill tal-Mosta.
Kondoljanzi lill-familjari kollha filwaqt li nsellmulek Lorry.

 

Ritratt: Malta News, Photos And People

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com