“Il-Pantomima Ta’ Din Is-Sena Mhux Se Ssir…” – Pawlu Testa B’Qalbu Magħfusa

 “Il-Pantomima Ta’ Din Is-Sena Mhux Se Ssir…” – Pawlu Testa B’Qalbu Magħfusa
“Il-Pantomima ta’ din is-sena mhux ser issir…” Hekk kiteb Pawlu Testa d-direttur tal-kumpanija Teatru Rjali li ilu jtella’ pantomima wara l-oħra kif ukoll bosta spettakli tul is-sena, għal bosta snin.
“Propju fis-sena li konna se niċċelebraw flimkien l-20 appuntament annwali bla waqfien tal-Pantomima bil-Malti li ssir fl-Istitut Kattoliku il-Furjana mill-Kumpanja Teatru Rjal, dan l-appuntament ser ikollu jiġi interrott minħabba r-realtà li qed ngħixu fiha tal-Covid-19″, tenna Pawlu filwaqt li saħaq li s-saħħa tal-poplu tiġi l-ewwel.
Pawlu Testa huwa magħruf li dejjem wettaq il-ħolm tiegħu anke minn dak li jara barra minn xtutna u li ħafna jarawh impossibbli li jsir imbagħad, jagħmlu reali f’pajjiżna. Għen bosta kantanti u atturi jibdew il-karrieri tagħhom, kif ukoll ħaddem bosta nies u ta pjaċir lil tant u tant Maltin u Għawdxin.
Kuraġġ Pawl, is-sena d-dieħla tasal ukoll u niġi nżuru l-ispettaklu mill-isbaħ li taf toħloq int. Insellmu wkoll lill-artisti kollha.

Ritratt: Kumpanija Teatru Rjal

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com