Il-PM Jħabbar Rawnd Ieħor Ta’ Vouchers

 Il-PM Jħabbar Rawnd Ieħor Ta’ Vouchers

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li fil-Budget għas-sena d-dieħla l-Gvern se jkun qiegħed iniedi rawnd ieħor ta’ vouchers.
Dr Abela qal dan waqt f’attività politika li saret dalgħodu fl-Imdina.

Huwa żied jgħid li fil-budget għas-sena d-dieħla se jintefqu €100 miljun biex jiġu mwieżna l-familji. Dan ifisser tliet darbiet aktar minn baġits preċedenti.

“Normalment f’kull baġit ninvestu €35 miljun f’miżuri li jmorru fil-but tan-nies. Din id-darba ħa nkunu qed nonfqu tliet darbiet iżjed. €100 miljun li se jmorru fil-parti soċjali ta’ dan il-baġit li se tkun parti b’saħħitha ħafna imma wkoll f’miżuri li jinċentivaw il-konsum tan-nies, li fuq kollox fejn jista’ jkun hemm il-qtiegħ il-qalb se jdaħħlu tama u serħan il-moħħ. Dik it-tema tal-baġit ta’ għada. Serħan il-moħħ, tama u kuraġġ.”

Fil-fatt, il-Prim Ministru ħabbar li fil-baġit ta’ għada se jkun qed jitħabbar rawnd ieħor ta’ vouchers tal-€100.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com