Bil-Filmat: It-Tbassir Tar-riżultat F’Każ Ta’ Elezzjoni Ġenerali Għada Hu, 55.7% PL, 42.2% PN – Vincent Marmara
Dan l-istħarriġ li deher fil-gazzetta t-Torċa, sar minn Sagalytics bejn it-8 u l-15 t’Ottubru 2020 permezz tat-telephone. Il-kampjun miġbur kien dak ta’ 600 b’Confidence Level ta’ 95% u Confidence Interval ta’ ±4% fost dawk in-nies ta’ eta minn 16-il sena l-fuq.
F’dan l-istudju ntuża l-metodu tal-istratified random sampling ukoll. B’hekk il-kampjun miġbur kien imqabbel b’mod preċiż mal-etajiet tan-nies f’Malta, id-distretti u kif ukoll is-sess tagħhom. Biex inkunu aktar ċerti mir-riżultati, is-sample miġbur ġie mqabbel b’mod tajjeb ukoll għall-mod kif ivvutaw in-nies fl-elezzjoni fl-2017.
Meta n-nies kienu mistoqsijja ‘lil liema mexxej ta’ partit l-aktar li tafda f’Malta’, fost il-votanti li vvutaw PL fl-2017, 87.6% qalu li jafdaw l-aktar lir-Robert Abela, 2.3% qalu Bernard Grech, 7.1% irrifjutaw li jwieġbu jew huma indeċiżi, 1.9% qalu oħrajn u 1.1% qalu li ma jafdaw lil ħadd.
Fost il-votanti li vvutaw PN fl-2017, 64.4% qalu li jafdaw lil Bernard Grech, 15.6% irrifjutaw li jwieġbu jew huma indeċiżi, 6.7% qalu li jafdaw lir-Robert Abela, 2.2% qalu ħadd u 11.1% qalu oħrajn.
Fost votanti ġodda jew ma vvutawx fl-aħħar elezzjoni ġenerali, 28.6% qalu li jafdaw l-aktar lir-Robert Abela, 4.8% qalu Bernard Grech, 52.4% irrifjutaw li jwieġbu jew huma indeċiżi, 4.8% qalu oħrajn u 9.5% qalu li ma jafdaw lil ħadd.
Id-distakk bħalissa bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista f’każ ta’ Elezzjoni Ġenerali ghada huwa dak ta’ 13.6% favur il-Partit Laburista. Dan ir-rizultat jpoġġi d-distakk ta’ madwar 40,000 vot favur il-Partit Laburista.
Hawnhekk jidher biċ-ċar li l-PN ma għamel l-ebda inroads sissa. Ix-shifts żgħar ħafna li hemm bejn il-partiti qed jikkanċellaw lil xulxin. Fl-istess waqt ir-retention tal-voti tal-PL hija aħjar minn dik tal-PN.
Meta wieħed japplika mudell xjentifiku fuq dawk li rrifjutaw li jwieġbu jew huma indeċiżi, wieħed ikun jista’ jsib replacement xjentifika għal dan il-grupp ta’ nies. Dan il-metodu jissejjaħ Multiple Imputation technique u b’hekk wiehed jipprova joħroġ ir-riżultat aktar ċar tar-riżultati finali ta’ dak li jista’ jiġri. B’hekk il-prediction tar-riżultat f’każ ta’ elezzjoni ġenerali għada huwa, 55.7% jivvutaw PL, 42.2% jivvutaw PN u 2.1% jivvutaw AD/PD jew partiti oħra.