Illum Zack Jagħlaq 9 Snin… Jiċċelebrah Fir-Rainbow Ward

 Illum Zack Jagħlaq 9 Snin… Jiċċelebrah Fir-Rainbow Ward

Illum Zack Mangion qed jiċċelebra għeluq sninu. Għalaq 9 snin. Dan it-tfajjel huwa eżempju ħaj ta’ pożittività u kuraġġ għal kulħadd.

F’Awwissu li għadda, Zack sar jaf li għandu kanċer. Minn hemm ‘il quddiem, xorta waħda żamm pożittiv. Ftit ilu, Zack reġa’ ġibed l-attenzjoni meta ttella’ filmat fil-paġna ta’ Puttinu Cares u talab għat-tfal u n-nies kollha li bħalissa għandhom kanċer jew inkella huma pożittivi għall-Covid-19.

Illum Zack irċieva ħafna rigali u anke kejk. Aħna minn StradaRjali.com nawgurawlu minn qalbna.

Ritratt: Facebook/ Puttinu Cares

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com