Imut Id-Deputat Nazzjonalista Frederick Azzopardi

Fl-aħħar ħin tħabbret il-mewt tad-Deputat Nazzjonalista Frederick Azzopardi.
Azzopardi, li kellu 71 sena, kien elett għall-ewwel darba fil-Parlament fl-1998 u kompla jiġi elett f’kull elezzjoni.
F’Ottubru tas-sena l-oħra Azzzopardi kellu jittieħed fi Sptar il-Marokk wara li kellu bżonn il-kura waqt li kien fuq xogħol tal-Parlament. Aktar tard hu nġib Malta u kien rikoverat għal diversi ġimgħat fl-Isptar.
It-tim ta’ Strad Rjali jibgħat il-kondoljanzi lill-familja Azzopardi.
