Żagħżugħ Ta’ 19 -Il Sena Jingħata L-Libertà Proviżorja Għar-Raba’ Darba
Illum it-tieni jum ta’ Ottubru 2020, il-Pulizija permezz tal-Ispettur Roderick Agius resqu taħt arrest lill-Kurt David Azzopardi magħruf bħala Kurt tal-Muġa u li ġie akkużat talli nhar it-30 ta’ Settembru 2020 li wettaq ħsara fil-propjetà tas-sieħba tiegħu Charlotte Abigail Pace u heddidha li joqtolha.
Wara li d-difensur Dr. Matthew Xuereb saħaq li l-imputat kellu trobbija turbolenti u li kellu mal-€10,000 f’depożiti għall-bail f’każijiet oħra u li ħaqqu opportunità biex jintegra fis-soċjetà, il-qorti hekk kif ippreseduta mill-Maġistrat Dr. Nadine Lia laqgħet għall-ħelsien mill-arrest.
Flimkien ma Dr. Matthew Xuereb, Dr. Mario Mifsud u Dr. Alexander Scerri Herrera iddefendew lill-akkużat.
Il-Qorti tal-Maġistrati imponiet depożitu ta’ €500 flimkien ma’ garanzija personali ta’ €2,000.