Ippreżentata L-Viżjoni Tal-Gvern Malti Fil-Qasam Tal-Intelliġenza Artifiċjali

Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo, aktar kmieni llum ippreżenta f’summit online, il-viżjoni tal-Gvern Malti fil-qasam tal-Intelliġenza Artifiċjali.
Dan is-summit kien organizzat minn Politico Europe li hija organizzazzjoni tal-aħbarijiet Ewropea li tkopri dak li qed iseħħ fl-Unjoni Ewropea.
Bartolo sostna li waqt dan is-summit iltaqa’ virtwalment ma’ nies ewlenin fl-industrija li saħansitra jinkludu lil Amazon.com u oħrajn.