Ir-Riħ Waqaf Zoptu U…

 Ir-Riħ Waqaf Zoptu U…
Kif kien previst sa minn jiem ilu, xi xita iżolata ffurmat madwar u fuq partijiet mill-gżejjer Maltin li bdiet tard matul il-lejl li għadda.
Insibu li f’partijiet minn Għawdex ġa niżlu madwar 15-il millimetru ta’ xita minn xita moderata, filwaqt li n-Nofsinhar ta’ Malta għadu xott.
Ir-riħ waqaf zoptu u allura s-sħab tax-xita jimxi bil-mod ħafna u xi ħalbiet jistgħu jkunu qawwija kultant u f’xi nħawi.

Ritratt: Facebook/ It-Temp Madwarna

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com