Irringrazzjat Lill-Madonna Tal-Ħerba Għall-feqjan Mill-Marda Tagħha…

Fuq il-paġna Santwarju Madonna tal-Ħerba spiss jittellgħu ritratti storiċi mill-passat fost oħrajn riċenti.
Dan ġibdilna l-attenzjoni għaliex illum forsi ma narawx daqshekk komuni, inkwadri li jsiru b’ringrazzjament għal interċessjonijiet li jinqalgħu.
Inkiteb li fost il-kwantita kbira ta’ kwadri li hemm fis-Santwarju hemm dan il-kwadru li jissejjaħ ‘ex-voto’ jiġifieri tal-wiegħda u li jghid hekk: ‘Is-sinjorina Leonilda Cacciattolo tirringrazzja lill-Madonna tal-Ħerba għall-fejqan mill-marda tagħha.”
Huwa ddatat Ottubru tal-1903. Apparti l-valur reliġjuż li fih, għandu wkoll valur storiku imprezzabbli.
Ritratt: Santwarju Madonna tal-Ħerba