Is-Sindku Ta’ Ruma Taħt Kritika Qawwija

Ir-Rumani qed jikkritikaw bil-bosta lis-Sindku tagħhom Virginia Raggi. Dan hekk kif bdew il-kampanji għall-elezzjonijiet muniċipali fir-Rebbiegħa li jmiss.
Raggi għandha sfida kbira quddiemha biex tikkonvinċi lill-elettorat jerġa’ jiteha l-fiduċja għat-tieni leġislatura tagħha.
Hi qed issostni li l-prijorità fit-tmexxija tagħha kienet it-trasparenza u t-tneħħija tal-korruzzjoni.
Madanakollu, il-pubbliku jidher li qed kważi jitkarrab lis-Sindku, għal indafa aħjar, trasport pubbliku iktar diċenti u toroq aħjar li jinsabu fi stat diżastruż.
Jidher li l-poplu Ruman iqis li l-livell u l-kwalità ta’ ħajja f’Ruma bħalissa, hija agħar minn 5 snin ilu. Dan ħareġ minn stħarriġ li sar f’Awwissu li għadda minn istituzzjoni privata.
Ritratt: iKnowPolitics