Isejjaħ Persuni LGBTIQ “Żibel” u “Ħmieġ” Wara L-Aħbar Tal-EuroPride 2023

 Isejjaħ Persuni LGBTIQ “Żibel” u “Ħmieġ” Wara L-Aħbar Tal-EuroPride 2023

Raġel li jagħmel parti minn grupp kontra l-abortion fetaħ il-kanuni kontra l-aħbar pożittiva, dik li Malta se tkun qed tospita l-EuroPride fl-2023.

Fl-istess post li kiteb, ir-raġel ħeġġeġ lin-nies fl-istess grupp biex jipprotestaw bi ħġarhom kontra “dan il-ħmieġ”, fejn kien qed jirreferi għal persuni LGBTIQ, bis-sentenza tkompli “le ma rridux dan iż-żibel ma saqajna.”

Hu kiteb kif dawn, għal persuni LGBTIQ, huma l-istess nies li jjikkampanjaw għall-abort, fejn kiteb “Malta mhix prostituta/fossa tal-Mediterran.”

Kienu bosta li kkummentawlu taħt u qalulu li ma jafx x’inhu jgħid u sostnewlu kif l-ugwaljanza għal dritt ta’ ħajja għandha tkun għal kulħadd u mhux skond l-aġenda personali ta’ dak li jkun.

Ftit kienu li qablu miegħu, fejn kienu bosta li wkoll rħewlha fil-kummenti biex itennu t-twemmin tagħhom dwar kif mhux sew li jitkellem hekk dwar bnedmin bħalu u kif kliemu huma ta’ weġa’ għal bosta, speċjalment persuni LGBTIQ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com