Iva F’Malta Hawn Nisa Tqal Li Jieħdu D-Droga

 Iva F’Malta Hawn Nisa Tqal Li Jieħdu D-Droga

Madwar 750,000 mara li qed tistenna tarbija madwar id-dinja, tabbuża mid-droga. Minkejja li bosta jaħsbu li din hi problema li jesperjenzaw barra minn xtutna biss, ir-realtá hi differenti hekk kif f’pajjiżna hija wkoll problema reali.

F’programm televiżiv Malti, bl-isem ta’ Gramma, il-produttur u preżentatur ta’ dan il-programm, Clifford Galea, spjega kif din hi realtá reali f’pajjiżna u kif wieħed għandu jfittex l-għajnuna u jitkellem minnufih.

Hu qal li fi ħdan is-Sedqa hemm proprju sezzjoni apposta li titmexxa minn Dr Ann Vella fejn din tgħin lil nisa tqal li jkunu maħkuma mill-vizzju tad-droga biex jerġgħu jintegraw fis-soċjetá.

Spjega kif hu importanti ħafna li mara li tkun qed tistenna tarbija tieħu ħsieb saħħitha, kemm għaliha u speċjalment għat-tarbija li tkun ġejja fid-dinja. Dan billi tiekol ikel sustanzjuż, u kemm jista’ jkun iżżomm lilha nfisha fl-aqwa saħħa li tista’.

Qal kif hemm min għandu l-idea li biex jaqta’ d-droga jispiċċa jaħseb li jekk ikollu tarbija se jieqaf jabbuża mid-droga. Spjega kif dan il-ħsieb hu wieħed żbaljat u kif il-mara għandha tieqaf tabbuża mid-droga qabel ma taħseb biex ikollha tarbija.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com