Ixomm Kemxa Flus Tajba Mhux Dikjarati Fl-ajruport
![Ixomm Kemxa Flus Tajba Mhux Dikjarati Fl-ajruport](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2020/10/WhatsApp-Image-2020-10-19-at-14.30.25-831x560.jpeg)
Spezzjoni għall-għarrieda li saret fuq passiġġieri li kienu se jitilqu minn Malta lejn Istanbul wasslet għal sejba ta’ madwar €23,650 mhux iddikjarati.
Kien Peter, wieħed mill-klieb imħarrġa tad-Dwana li stħarreġ il-passiġġieri jġorru fuqhom ammont sostanzjali ta’ flus.
Mistoqsija dwar il-flus li kienu qegħdin iġorru fuqhom, iż-żewġ passiġġieri qalu li kienu qegħdin iġorru €10,000 kull wieħed.
Mhux konvinti minn din it-tweġiba, l-Uffiċjali tad-Dwana permezz ta’ Peter wettqu spezjoni fejn irriżulta li kienu qed iġorru €23,630 fi flus mhux iddikjarati.