Iżommu Ħalliel Li Nqabad Jattakka Anzjana Ta’ 84 Sena
Żewġt irġiel, wieħed ta’ 35 sena li joqgħod il-Marsa u ieħor ta’ 31 sena li joqgħod ir-Rabat, qegħdin jinżammu arrestati b’rabta ma’ serqa li saret ilbieraħ wara nofsinhar fuq anzjana ta’ 84 sena.
Kienu xis-siegħa ta’ wara nofsinhar meta l-Pulizija ġew infurmati li anzjana ġiet attakkata u misruqa minn xi persuni waqt li kienet miexja fi Triq Dawret il-Gżejjer, il-Qawra.
L-anzjana sofriet ġrieħi ħfief.
Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li ż-żewġt irġiel kienu f’karozza li waqfet ħdejn l-anzjana. Minnha niżel il-passiġġier, ir-raġel ta’ 35 sena u attakka lil mara.
Iżda huwa nżamm minn xi nies li raw x’ġara, sakemm waslu l-Pulizija u ġie arrestat.
Irriżulta li l-allegat kompliċi telaq minn fuq il-post bil-karozza, iżda ġie identifikat ftit wara.
Ir-raġel ta’ 31 sena kien arrestat aktar tard filgħaxija, fir-Rabat.
Iż-żewġ persuni qegħdin jinżammu fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Furjana.
Linvestigazzjonjiet, immexxija mill-Pulizija mill-Iskwadra tar-Reati Maġġuri, flimkien mal-Pulizija tad-Distrett tal-Qawra, għadhom għaddejjin