Jaqa’ Minn Għoli F’Sit Ta’ Kostruzzjoni F’Ħal Qormi

 Jaqa’ Minn Għoli F’Sit Ta’ Kostruzzjoni F’Ħal Qormi

Raġel mill-Pakistan weġġa’ gravi f’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni, f’Ħal Qormi.

Kienu għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħodu li ntalbet l-għajnuna tal-Pulizija biex tassisti fi Sqaq iż-Żiemel, limiti tal-Ħandaq.

Hemmhekk il-Pulizija sabu ħaddiem midrub fejn irriżulta li waqa’ minn għoli.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com