Jieħu Lill-Kelb Dawra B’Differenza F’Ta’ Xbiex

Kienu bosta li ggustaw kelb li kien għaddej flimkien ma’ sidu fuq rota f’Ta’ Xbiex.
Riekeb fuq wara, dritt, dritt, il-kelb li jidher li hu tar-razza Shiba Inu, deher komdu u attent għad-dawra ħelwa u speċjali li ħadu sidu.
Minkejja li kien hemm min kiteb taħt ir-ritratt, li jaf tkun ta’ periklu għall-kelb, kienu bosta oħrajn li qalu kemm hu ħelu u li jidher li hu mħarreġ sew kif għandu jġib ruħu waqt li jkun sorġut fuq wara jitpaxxa biż-żiffa u x-xenarju ta’ mad-dawra.