“… Jien Omm Iċ-Ċippu Li Ġibtuh Mal-***** Kollha Li Ħalqitkom… ” – Tiċċara Li kienet Ċajta
Omm il-ġuvni magħruf bħala ċ-Ċippu tkellmet permezz tal-live fuq facebook fejn spjegat id-dettalji dwar il-filmat li mar viral dalgħodu.
Tenniet li grazzi għad-depot, li sejħu lil binha u lit-tifel l-ieħor, il-każ irriżulta li kienet ċajta. “Jekk mingħalikom li ppruvajtu tħammġu l’ibni, sejrin żball u ħa ngħidilkom oħra, iġġudikajtuh u ġġudikajtuh ħażin però kull min għandu t-tfal, kull persuna għandu xi jxomm…” qalet l-omm.
Kompliet tgħid li seta’ kien veru u li mhix tappoġġjah għax li kieku kien vera titkellem miegħu hi mhux il-pubbliku li ma jafux minn adam u eva.
Intom x’taħsbu dwar dan?