Jinsterqu Żewġ Fjamingi Żgħar Mir-Riserva Naturali Fl-Għadira

 Jinsterqu Żewġ Fjamingi Żgħar Mir-Riserva Naturali Fl-Għadira

BirdLife Malta rrapportat kif insterqu żewġ fjamingi żgħar mir-Riserva Naturali fl-Għadira bejn il-lejl tat-12 u t-13 ta’ Ottubru.

Nathanial Attard, kelliem għall-Birdlife, spjega kif persuni mhux magħrufa daħlu fir-riserva minn żona partikolari fejn għamlu użu minn xi injam biex jaqbżu fir-riserva.

Spjega kif fiż-żona li ma tantx tintuża ntlemħu saħansitra l-passi tal-persuni li daħlu fir-riserva, fejn qal li jinsab iddispjaċut ferm għax iż-żewġ fjamingi li ttieħdu għadhom żgħar u ma tantx ilhom li nħelsu fir-riserva wara li kienu għaddejjin minn proċess ta’ riabilitazzjoni.

Spjega kif il-biża’ tagħhom huma li nsterqu iżda agħar minn hekk li nqatlu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com