Jistaqsu Jekk Hux Se Jsir It-‘Trick Or Treat’ Din Is-Sena

 Jistaqsu Jekk Hux Se Jsir It-‘Trick Or Treat’ Din Is-Sena

Ommijiet staqsew fuq facebook jekk hux se jkun qed isir it-Trick or Treat din is-sena għall-Halloween. Dan hekk kif filwaqt li t-tfal tagħhom jixtiequ ferm li bħal kull sena jmorru jiġbru l-ħelu, huma jinsabu mħassbin dwar jekk għandhomx joħduhom iduru bieb bieb, kawża tar-riskju tal-Covid-19.

Bosta kienu dawk li qas qatt m’huma se joħolmu li jieħdu lit-tfal iduru bieb bieb u jaċċettaw ħelu mingħand nies li ma jafux, hekk kif l-istess persuna li tkun qed tqassam il-ħelu jaf tkun infettata bil-virus.

Kienu l-maġġoranza li ma qablux li din is-sena jsir, u għalekk oħrajn qasmu l-ideat tagħhom fejn se jkunu qed jagħmlu attivitá ċkejkna d-dar għall-Halloween biex b’hekk it-tfal xorta waħda jgawdu l-jum bħas-snin li għaddew iżda b’differenza.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com