Jitneħħewlu D-Drittijiet Ta’ Missier Wara Li Ried Abort

 Jitneħħewlu D-Drittijiet Ta’ Missier Wara Li Ried Abort

Il-Qorti tal-Familja neħħiet id-drittijiet kollha ta’ raġel li kien qiegħed jinsisti mas-sieħba tiegħu biex tagħmel abort. Fl-istess waqt il-qorti ordnatulu biex jerfa’ r-responsabbiltajiet tiegħu u jħallas mantemiment ta’ €450 fix-xahar.

Id-deċiżjoni ngħatat mill-Imħallef Jacqueline Padovani Grima f’kawża li fetħet l-omm fejn rebħet il-kura u l-kustodja ta’ bintha.

Fil-qorti ngħad li l-missier talab lis-sieħba tiegħu biex tagħmel abort, iżda l-mara rrifjutat u insistiet li żżomm it-tarbija u li ma kinitx lesta twaqqaf it-tqala tagħha.

Madankollu huwa jidher li biddel fehemtu fit-twelid, meta żar is-sieħba tiegħu l-isptar u qalilha li ried jiġi rreġistrat bħala l-missier tat-tarbija. Iżda din id-deċiżjoni damet mill-Milied sa San Stiefnu bir-relazzjoni bejniethm tintemm ħesrem fejn inqata’ wkoll kull kuntatt.

Fid-deċiżjoni tagħha, il-qorti qalet li wara li rat li l-missier abbanduna lil omm it-tarbija u lil bintu fit-twelid u fejn lanqas seta’ jiġi jissejjaħ biex jieħu sehem fil-proċeduri, l-imħallef iddeċidiet li kien hemm raġunijiet validi biex il-missier jitneħħewlu d-drittijiet tiegħu u għalhekk afdat il-kura u l-kustodja biss lil omm.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com