Jivvandalizzaw Ir-Riservi Tal-Miżieb

L-għada li sar il-ftehim bejn il-Gvern u l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK), il-kaċċaturi qamu għar-riserva tal-Miżieb ivvandalizzata.
F’messaġġ fuq Facebook il-Federazzjoni spjega kif saru atti kodardi ta’ vandaliżmu minn esponenti b’aġenda moħbija.
Fil-messaġġ li ttella’ lbieraħ spjegaw kif membri tal-FKNK skoprew numru ta’ dwejjer fir-Riserva tal-Miżieb ġew ivvandalizzati.
Il-qbil li sar il-Ġimgħa bejn il-Gvern u l-FKNK qajjem furur kbir fil-pubbliku wara li l-qbil sar mingħajr ebda avviż dwaru, b’parti kbira mill-poplu ħassu urtat li żoni bħall-Miżieb u l-Aħrax se jingħataw f’id l-FKNK biex jiġu mmaniġġjati.