Jixhed Ir-Raħħal Li Allegatament Ra Raġel Ikollu X’Jaqsam Mad-Debba Fir-Razzett Tiegħu

 Jixhed Ir-Raħħal Li Allegatament Ra Raġel Ikollu X’Jaqsam Mad-Debba Fir-Razzett Tiegħu

Robert Omo ta’ 22 sena nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat b’moħqrija ta’ annimali u li daħal fi proprjetá mhux tiegħu.

Kien lura f’Settembru li raħħal mix-Xewkija allegatament qabad fil-fatt liż-żagħżugħ Niġerjan iniżżel il-qalziet u jsawwatlu d-debba biex ikollu x’jaqsam sesswalment mad-debba.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud semgħet ix-xhieda tar-raħħal kif ukoll ta’ ibnu li taw spjegazzjoni ta’ x’raw dakinhar li seħħ il-każ.

Iż-żagħżugħ kien ġie arrestat l-għada fir-Rabat f’Għawdex.

Hu baqa’ miżmum taħt arrest.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com