Jiżbħu Bank Min-Nofs Biex Ma Jiġġildux
Kull lokalitá għandha s-sabiħ tagħha. Kemm jekk hux xi bajja, xi monument jew xi knisja, għal xi ħaġa jew oħra kull lokalitá fil-Gżejjer Maltin għandha xi ħaġa għalxiex hi magħrufa.
Iżda żgur mhux forsi li mhux kull lokalitá għanda żewġt idjar u bank bħal ma’ għandhom Marsalforn.
Dan hekk kif żewġ residenzi li għandhom bank quddiemhom, żebħu l-faċċata kuluri differenti, bil-bank li kien f’nofs iż-żewġt idjar spiċċa laqqat żewġ kuluri u spiċċa f’nofs battalja ta’ kif se jidher.
L-istess bank illum-il ġurnata spiċċa post magħruf sew u maħbub ħafna mat-turisti hekk kif kull min jgħaddi minn hemm, jieqaf jieħu ritratt bħala memorja ta’ din l-attrazzjoni mhux mistennija.
Tgħid x’wassal għal din id-deċiżjoni, kellhom xi ġlieda x’kulur kellu jkun il-bank jew ta’ min hu?