Jiżdiedu Għal 14, Il-Pajjiżi Li Minnhom Il-Passiġġieri Jridu Jipprovdu Test Negattiv Tal-Covid

 Jiżdiedu Għal 14, Il-Pajjiżi Li Minnhom Il-Passiġġieri Jridu Jipprovdu Test Negattiv Tal-Covid

Telgħu għal 14, il-pajjiżi li minnhom il-passiġġieri li jaslu f’Malta jridu jipprovdu test negattiv tal-Covid qabel jirfsu f’Malta.

Ħabbar dan il-Ministeru għas-Saħħa fi stqarrija li fiha elenka t-tlettax-il pajjiż li minnhom il-passiġġieri jridu jipprovdu PCR COVID-19 test negattiv. Dan it-test irid ikun sar mhux aktar tard minn 72 siegħa qabel il-wasla f’Malta.

Il-pajjiżi huma: l-Awstrija, il-Belġju (l-ajruporti kollha), il-Bulgarija, Franza (l-ajruporti kollha ta’ Pariġi u Marsilja) l-Irlanda, l-Olanda (l-ajruporti kollha) il-Polonja (Gdansk u Krakow), il-Portugall (Porto), ir-Renju Unit (Belfast, Cardiff, Leeds, Liverpool, Manchester, Newcastle), ir-Repubblika Ċeka, Spanja (l-ajruporti ta’ Madrid, Barcelona u Girona), l-Iżvizzera, it-Tuniżija u l-Ungerija.

Il-Ministeru qal li vjaġġaturi ġejjin f’Malta minn dawn il-pajjiżi u li jonqsu milli jipproduċu dan it-test, jistgħu jkunu sottomessi għall-ittestjar f’Malta u jistgħu jkunu soġġetti għall-kwarantina.

Dan il-lista riveduta ta’ pajjiżi ser jidħol fis-seħħ il-Ġimgħa li ġej.

Ritratt: Malta International Airport

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com